Futbol Sport

Il-UEFA tikkonferma l-posponiment tal-Kampjonat Ewropew tan-nisa

(Ritratt: EPA)

Il-Kampjonat Ewropew tan-nisa ġie pospost mis-sena d-dieħla għal bejn is-6 u l-31 ta’ Lulju tal-2002. It-tournament li se jsir fl-Ingilterra ġie pospost minħabba li l-Kampjonat Ewropew tal-irġiel u l-Olimpjadi ta’ Tokyo ġew posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-coronavirus. Ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Iżvezja diġà kkwalifikaw għall-Olimpjadi.

L-intenzjoni hi li jintużaw l-istess stadiums li kienu ppjanati. Il-logħba inawgurali se ssir f’Old Trafford u l-finali se tkun organizzata f’Wembley. Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li din id-deċiżjoni tassigura li l-kompetizzjoni jkollha l-attenzjoni li jixirqilha. B’hekk fl-2022, il-Kampjonat Ewropew tan-nisa se jkun l-uniku tournament maġġuri tal-futbol.