Jekk il-kelb huwa meqjus bħala l-ikbar habib tal-bniedem żgur li l-ktieb xejn ma hu inqas. Kull sena bħal-llum l-UNESCO tfakkar il-Jum Dinji tal-ktieb, jum li l-għan tieghu hu li jiċċelebra u jippromwovi l-qari kif ukoll il-kitba u l-publikazzjoni ta’ kotba.
Minkejja li matul is-snin kienu ħafna dawk li ħasbu li t-teknoloġija se tieħu post il-ktieb tradizzjonali, sal-lum il-ktieb għadu popolari ħafna u dan nistgħu narawh anke’ mill-ammont ta’ kotba li joħorġu kull sena madwar id-dinja.
U jekk inti ma tantx tħobb taqra hija ħasra għax qed titlef ħafna minn dawn il-benefiċċji li jġib miegħu il-qari:
- Diversi studji urew li l-qari huwa tajjeb għas-saħħa mentali, jistimola l-muskoli tal-moħħ u saħansitra jittardja jew jelimina riskji ta’ dementia.
- Il-qari jgħin biex inaqqas l-istress għax grazzi għall-qari moħħ il-bniedem jirrilassa u jivvjaġġa f’dinja oħra.
- Nies li jaqraw spiss ikollhom ħafna iktar għerf u informazzjoni ġenerali minn dawk li ma jaqrawx u allura jkunu aktar kapaċi jitkellmu u jiddiskutu dwar suġġetti differenti.
- Il-qari jgħinek ukoll biex ittejjeb il-memorja.
- Min jaqra ikun iktar kapaċi jahseb u jikkonċentra kif ukoll janalizza aħjar.
- Biex tikteb aħjar trid taqra iktar. Fil-fatt tfal li jkollhom problemi ta’ litteriżmu u jibdew jaqraw kuljum jagħmlu avvanz tajjeb u malajr.
- Il-qari jiddivertik u fl-istess ħin jirrilassak.
Mela jekk int xi ħadd minn dawk li ma tħobbx taqra, issa ċ-ċans li taqbad ktieb u tibda. Żgur li ktieb jagħmel ħafna iktar ġid minn ħafna ħin fuq il-midja soċjali. U jekk int xi ħadd minn dawk li jaqra kuljum, illum fil-Jum Dinji tal-Ktieb ħeġġeġ lil xi ħadd ħabib tiegħek biex jibda jaqra’, u dik tkun l-isbaħ ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum.
Awguri u grazzi mill-qalb lill-awturi, illustraturi u pubblikaturi kollha f’dan il-jum li huwa ċelebrazzjoni tal-ħidma tagħhom.
Artiklu minn Mark Azzopardi
//= $special ?>