Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident

Ritratt: Mill-Arkivji

Raġel ta’ 31 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-Pulizija kienet infurmata bl-inċident mill-Isptar Mater Dei għall-ħabta tal-9.45p.m. meta r-raġel iddaħħal għall-kura.

Mill-istħarriġ tal-Pulizija tad-Distrett irriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip KTM 300 fl-inħawi ta’ Selmun meta għal xi raġuni waqa’ minn fuqu.

Ir-raġel kellu jittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga.