Lokali

Żewġ żagħżagħ iweġġgħu f’nirien f’garaxx

Żewġ żagħżagħ weġġgħu, wieħed minnhom b’mod gravi, minħabba nirien li ħakmu garaxx f’Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-3.45p.m. fi Triq iż-Żinġla.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żewġt irġiel, wieħed ta’ 27 sena residenti Marsaskala u ieħor ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żabbar, sofrew ġrieħi minħabba ħruq li beda minn dgħajsa li kienet fil-garaxx. Fuq il-post issejjħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Tim mediku ħa liż-żewġ żagħżagħ l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ir-raġel ta’ 20 sena kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 27 sena sofr ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija qed tinvestiga