Fuq l-account ta’ Instagram tagħha Lady Gaga qasmet mal-41 miljun ruħ li jsegwuha l-cover u t-tracklist tal-album il-ġdid tagħha ‘Chromatica’. Dan huwa s-sitt album ta’ Lady Gaga u fih se nisimgħu kantanti oħra jinterpretaw kanzunetti ġodda ma’ Lady Gaga. Fost dawn hemm Elton John u Ariana Grande.
Chromatica kellu joħroġ fl-10 ta’ April li għadda, biss il-ħruġ tiegħu ġie ttardjat minħabba s-sitwazzjoni li nħolqot mill-virus Covid-19. Sa issa għad m’hemmx data uffiċjali ġdida ta’ meta se jkun qed joħroġ għall-pubbliku.
Din hija l-lista ta’ kanzunetti inkluż f’dan l-album:
- Chromatica I
- Alice
- Stupid Love
- Rain on Me featuring Ariana Grande
- Free Woman
- Fun Tonight
- Chromatica II
- 911
- Plastic Doll
- Sour Candy featuring Blackpink
- Enigma
- Replay
- Chromatica III
- Sine From Above featuring Elton John
- 1000 Doves
- Babylon

Artiklu miġbur minn Mark Azzopardi.
//= $special ?>