Coronavirus Internazzjonali Unjoni Ewropea

Fl-Italja: Il-kwarantina tħalli effett fuq is-saħħa mentali

Mill-aħħar analiżi li saret fl-aħħar jiem kollox jindika li l-impatt tal-Coronavirus ħalla effett kbir fuq is-saħħa mentali fl-Italja, b’aktar persuni jbatu minn dipressjoni u ansjetà. Ħafna qed jisħqu li l-kwarantina ħalliet impatt kbir fuq is-saħħa mentali fil-pajjiż ġar tagħna.

Infatti tobba Taljani qed jgħidu li l-kriżi ta’ emerġenza mhux biss hija l-ġlieda kontra l-Coronavirus iżda hija wkoll kriżi ta’ emerġenza għas-saħħa mentali.

L-Italja talbet l-għajnuna tal-UE fil-ġlieda tagħha għal saħħa mentali aħjar filwaqt li appellat lill-pajjiżi l-oħra Ewropew biex iħejju ruħhom għal din il-kriżi “ġdida”.

Fl-Ewropa rajna żieda wkoll ta’ persuni li qed ifittxu l-għajnuna minħabba l-impatt li din l-imxija qed tħalli fuq il-popli kollha Ewropew. Numru ta’ Gvernijiet neddew kampanji biex dawk li qed isofru anki mis-solitudni jfittxu l-għajnuna minnufih.