Edukazzjoni Lokali

“Hawn Għalik” – l-SDM tniedi l-kampanja tagħha għall-elezzjoni tal-KSU

L-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) nediet il-kampanja tagħha għall-elezzjoni tal-KSU (Kunsill Studenti Universitarji) fejn preżentat fost l-oħrajn il-kandidati tagħha.

Permezz ta’ stqarrija l-SDM qalu li l-islogan tal-kampanja tagħhom huwa “Hawn Għalik”, filwaqt li tennew li permezz tal-kandidati tagħha se tibqa’ tfittex li tkun il-vuċi tal-istudenti Universitarji kollha.

Il-kandidat fl-irwol ta’ President għal din l-elezzjoni huwa Matthew Xuereb filwaqt li l-kandidati l-oħra huma dawn: Yasmine Ellul, Nicole Galea, Julia Cini, Matthew Gauci, Elsa Cassar, Jurgen John Gauci, Andrea Galea, Tano Bugelli, Matthias Caruana u Neil Zahra.