Il-FIFA ħabbret li se tkun qed tniedi fond ta’ €138 miljun biex tkun tista’ tgħin lill-assoċjazzjonijiet tagħha wara l-pandemija tal-coronavirus. Kull assoċjazzjoni, fil-ġranet li ġejjin se tkun qed tirċievi s-somma ta’ kważi nofs miljun ewro . Dawn il-fondi se jgħinu biex jagħmlu tajjeb għat-telf finanzjarju li l-assoċjazzjonijiet tal-futbol għamlu minħabba l-pandemija tal-coronavirus.
F’kummenti li ta lill-midja, il-President tal-FIFA Gianni Infantino qal li din il-pandemija ħolqot sfidi kbar għall-futbol madwar id-dinja u huwa l-irwol tal-FIFA li tkun preżenti u tgħin lill-assoċjazzjonijiet tagħha jibdew jirkupraw. Il-FIFA qalet li dawn il-flus għandhom jintużaw mill-assoċjazzjonijiet biex jirrispettaw l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħhom li minħabba l-pandemija tal-coronavirus kienet iktar diffiċli biex dawn jiġu rispettati.
//= $special ?>