Il-Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes jibqa’ ma jridx jikkommetti ruħu dwar it-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma f’dan il-perjodu diffiċli li kulħadd għaddej minnu bħalissa.
Minkejja li l-prezz taż-żejt u l-gass mad-dinja kollha kompla jieħu daqqa ‘l isfel… il-Gvern Malti baqa’ ma ħa l-ebda passi biex iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma meta ħafna nies qed jibqgħu d-dar u jikkunsmaw aktar elettriku u ilma.
Fl-aħħar xhur f’pajjiżna kienu ħafna l-appelli biex il-Gvern iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għar-residenzi u n-negozji; kif ukoll biex iraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel. Appelli li ġew ripetuti diversi drabi anke mill-Partit Nazzjonalista, li qed jipproponi roħs ta’ 50 fil-mija.
Iżda f’Malta, minħabba l-ftehim li sar mill-Gvern, it-tnaqqis fil-prezz taż-żejt mhux qed jirrifletti fil-prezz tal-kontijiet li qed nirċievu. Dan għaliex bħala pajjiż….kif ikkonferma wkoll il-Ministru tal-Finanzi…. ma nistgħux naqbdu u nraħħsu minhabba li kollox jinsab kontrollat miċ-Ċiniżi.
Fost dawk milquta direttament, hemm familji u anzjani li bħalissa qed iqattgħu ħin twil id-dar minħabba l-pandemja tal-Coronavirus… bil-konsum tagħhom jisplodi ‘l fuq. Il-kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma qed jaffetwaw ukoll l-intrapriżi li għadhom miftuħin, u li diġà ħadu daqqa fin-negozju tagħhom.
//= $special ?>
