“Qed ngħixu esperjenza differenti ħafna li tista’ tgħid li ma tantx hija waħda sabiħa.” Kliem Maria Mallia, mara Maltija li tgħix Bari, u li fi ftit jiem oħra se tidħol l-isptar biex twelled.
F’intervista mal-programm NETLIVE, Maria tghid illi kien hemm mument fejn xaqet tinżel Malta, biex tkun viċin il-ġenituri u ħutha. Ix-xewqa taghha kienet li l-ġenituri tagħha jkunu ħdejha f’dan il-mument tant sabih għalll-familja tagħha, imma sfortunatmanet għalissa din il-ħaġa ma tistax issir.
Hija sostniet li fiċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom, din ma tantx hija sitwazzjoni feliċi għall-missirijiet, peress li dawn qed jitħallew jidħlu biss għal għaxar minuti wara li titwieled it-tarbija, imbagħad jintbagħtu d-dar.
Maria tgħid li l-ħajja nbidlet totalment minhabba l-pandemija.
Bari, fejn joqogħdu huma, fejn qabel kienet belt li ma torqod qatt; issa llum l-ġurnata rari tara nies barra. Anke biex sempliċiment toħroġ tagħmel xirja, irid ikollok formola apposta li tagħtik il-permess li tista’ toħroġ barra.
Hi tgħid li huwa minnu li s-sitwazzjoni hija waħda diffiċli ferm, iżda huwa importanti li wieħed joqgħod ġewwa għax finalment huwa għall-ġid tagħna lkoll.
Maria tistqarr li hemm dubji kbar dwar x’se jiġri fl-4 ta’ Mejju hekk kif l-Italja mistennija twaqqaf il-lockdown.
//= $special ?>