Coronavirus Sport

Il-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-2021 posposti minħabba l-coronavirus

Għall-ewwel darba mill-1985, il-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa ġew posposti. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kumitat Olimpiku ta’ Andorra li hu mmexxi minn Jaume Marti’ fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti f’wieħed mill-iżgħar pajjiżi fl-Ewropa.

F’Andorra li kellha torganizza l-Logħob bejn il-31 ta’ Mejju u l-5 ta’ Ġunju 2021 sa issa hemm 731 każ ta’ persuni nfettati bil-coronavirus li minnhom mietu 40 persuna. Skont il-Kumitat Organizattiv ta’ Andorra li kien għaddej bit-tħejjija għall-infrastruttura marbuta mal-Logħob, għal Gvern ta’ Andorra, il-prijorità hija s-saħħa tal-atleti u għalhekk ġie deċiż li jkun pospost.

Andorra kienet organizzat b’suċċess il-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa fl-1991 u fl-2005. Lejn l-aħħar ta’ Mejju għandu jiltaqa’ l-Kumitat Internazzjoni tal-Logħob u Andorra ser iressqu t-talba biex huma jorganizzaw l-edizzjoni tal-2025. Jekk dan iseħħ u ma jkunx hemm pajjiż li kapaċi jorganizza il-Logħob fl-2021 fi żmien daqstant ristrett ikun ifisser li l-Logħob li jmiss ser ikun fl-edizzjoni ta’ Malta fl-2023. Malta kienet organizzat il-Logħob fl-1993 u fl-2023