Coronavirus Lokali

Il-projbizzjoni estiża sal-aħħar ta’ Mejju

Il-projbizzjoni tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri li kienet imposta minħabba l-imxija tal-COVID-19 f’Malta ġiet estiża.

Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika estendiet din il-projbizzjoni tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri minn u lejn Malta sal-31 ta’ Mejju li ġej bil-possibiltà li din terġa tiġi estiżi skont l-esiġenzi.

Ir-restrizzjoni oroginal, li kienet ħarġet il-Ġimgħa 10 ta’ April kienet tgħid li l-projbizzjoni imposta kienet għal 14-il jum.