Futbol Sport

Imut l-Eks President ta’ Bologna Giuseppe Gazzoni Frascara

(Ritratt: Calcionline.com)

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-Eks President ta’ Bologna, Giuseppe Gazzoni Frascara fl-età ta’ 84 sena wara li kien ilu għal żmien twil marid. Frascara kien President ta’ Bologna bejn l-1993 u l-2005 u kien jokkupa l-kariga ta’ President onorarju mill-2014. Hu rnexxielu jwassal lil Bologna mis-Serie C1 sas-Serie A f’perjodu ta’ tliet snin. Taħt il-gwida ta’ Frascara Bolgna rnexxielhom jaslu sas-semifinali tal-Coppa Uefa fl-istaġun 1998/99.

Fost il-plejers li kienu taħt il-gwida ta’ Frascara ma’ Bologna, hemm Roberto Baggio li fl-istaġun 1997/98 skorja 22 gowl u Beppe Signori li f’karriera bejn l-1998 u l-2004 skorja 84 gowl f’ 176 partita. Giuseppe Gazzoni Frascara jibqa’ mfakkar mill-partitarji ta’ Bologna bħala l-President l-aktar ta’ suċċess fil-passat riċenti.