Il-kriżi tal-COVID-19 qed tolqot lil kulħadd b’mod differenti, qed tolqot ukoll lill-linja nazzjonali tal-ajru tagħna li minkejja l-ftaħir ta’ Konrad Mizzi dwar surplus fl-Air Malta meta kienet taħt il-Ministeru tiegħu, din il-kumpanija issa se tkeċċi għexieren ta’ ħaddiema li ilhom tant snin jagħtu servizz mill-aqwa.
Issa, il-linja nazzjonali tal-ajru ġiet taħt il-Ministeru ta’ Silvio Schembri, illi fl-aħħar jiem smajnih jattakka lill-unions tal-ħaddiema.
Ħafna mill-impjegati jinsabu b’paga mnaqqsa. Oħrajn jinsabu bin-notice u se jispiċċaw mingħajr xogħol fil-ġranet li ġejjin.
Il-gvern baqa’ ma ltaqax mal-ħaddiema u kien għalhekk illi staqsejna b’mod dirett lil Silvio Schembri kemm hu kommess li jsalva dawk l-impjiegi.
Il-Ministru qalilna li żgur mhux pjacir tiegħu li wara ftit jiem li ħa f’idejh it-tmexxija tal-Air Malta li ninsabu f’din is-sitwazzjoni ta’ sfida imma jkun irresponsabbli jekk ma jieħux id-deċiżjonijiet sempliċiment għax jibża’ minnhom. Pero ma waslet l-ebda konferma li dawn il-ħaddiema se jkollhom xogħolhom ssalvagwardjat mill-Gvern.
Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Silvio Schembri għal darb’oħra reġa’ ta x’jifhem li din is-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-ħaddiema ġabuha b’idejhom.
//= $special ?>