Dan huwa l-messaġġ ta’ Isabella Aquilina, omm Joseph Cilia li lbieraħ ħalla din id-dinja wara battalja ma’ marda terminali.
Isabella kitbet li Joseph se jibqa’ dejjem f’qalbha u li se jkun qed iħarisha f’kull minuta ta’ ħajjitha.

Joseph kellu 25 sena u kien joqgħod il-Ħamrun. Huwa kien gradwa fil-Kriminoloġija mill-Università ta’ Malta filwaqt li kien jaħdem fis-settur tal-gaming bħala AML Officer mal-Gaming Authority.

Kien persuna attiva fix-xena sportiva fejn kien iservi bħala Assistent Referee. Filfatt f’post fuq facebook l-MFA sellmet il-memorja tiegħu u rringrazzjatu ta’ ħidmitu.

Is-South End Core wkoll esprimew id-dieqa tagħhom għal din l-aħbar ta’ qsim il-qalb. Huma ddeskrivew lil Joseph bħala persuna kwieta, mistħi, qalbu tajba u li dejjem kien preżenti għal-logħob tan-Nazzjonal.

Diversi ħbieb u kollegi ta’ Joseph sellmu l-memorja ta’ dan il-ġuvni, li ħalla din id-dinja fil-fjur ta’ ħajtu.



