Produttur ewlieni tad-disinfettant qed iwissi bil-qawwa biex in-nies ma jużawx il-prodotti tiegħu fuqhom infushom wara li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trimp, issuġġerixxa li dawn jistgħu jservu bħala trattament għall-coronavirus.
Il-kumpanija multinazzjonali Reckitt Benckiser, li l-prodotti tiegħu jinkludu Lysol u Dettol, qal li l-prodotti ‘taħt l-ebda ċirkustanzi mgħandhom ikunu injettati jew diġeriti min-nies – bi Trump jispiċċa redikolat għall-kummenti partikulari. It-tobba ma żammewx lura mill-kritika għall-President filwaqt li r-reazzjoni ta’ kundanna fuq il-mezzi online kienu ta’ livell straordinarju.
Id-diżinfettanti huma sustanzi perikolużi u kapaċi jkunu fatali jekk kemm-il darba jikkunsmawhom in-nies. Anki sempliċi kuntatt mad-diżinfettanti kapaċi jkunu perikolużi għall-ġilda tal-ġisem, l-għajnejn u s-sistema respiratorja.
Kelliema għal Reckitt Benckiser sostnew li l-prodotti tagħhom ( diżinfettanti) għandhom jintużaw biss għal għan speċifiku (żamma tal-iġene) waqt li wissew biex il-klijenti ‘iżommu dejjem mal-linji gwida huma u jaqraw l-informazzjoni li tidher fuq dawn il-prodotti għas-sigurtà personali’.
L-aħħar żviluppi seħħew wara li uffiċjal li kien qed jitkellem waqt l-aħħar laqgħa tat-task force li qed jevalwa l-impatt tal-coronavirus għall-Gvern Amerikan (f’Washington) ippreżenta r-riżultati ta’ riċerka li tindika li l-coronavirus jitlef mis-saħħa ladarba jkun espost għas-sħana u d-dawl tax-xemx. L-istudju juri wkoll li l-bleach kapaċi jeqred il-virus fil-bżieq u fluwidi respiratorji f’sempliċi ħames minuti.
Donald Trump imbagħad qajjem il-possibbiltà li jintuża ‘dawl ultraviolet jew qawwi ħafna’ fuq il-ġisem ta’ pazjent bħala trattament potenzjali. Hu kompla li ‘qed jara diżinfettant li jinnewtralizza l-virus f’minuta’ filwaqt li staqsa jekk persuna tistax tkun suġġetta ‘għal din il-proċedura permezz ta’ injezzjoni’.
Sadanittant, il-kummenti ta’ Trump qed jiddominaw il-mezzi tal-media soċjali bħal Twitter u Reddit – bit-tobba jagħmluha ċara daqs il-kristall li ‘is-suġġeriment tal-President Amerikan dwar id-diżinfettant kapaċi jħalli r-riżultati fatali’.
//= $special ?>