F’laqgħa onlajn li saret illum wara nofsinhar, l-Bureau tal-MFA ddiskuta l-aħħar żviluppi dwar il-pandemija tal-coronavirus fejn tenna li hu kommess li l-kompetizzjonijiet ewlenin tal-futbol lokali jitkomplew u jintemmu. Il-Bureau stqarr li s-saħħa tal-plejers, tal-partitarji u dawk kollha nvoluti tibqa’ prijorità.
Din il-laqgħa saret bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li għandha ssir nhar l-Erbgħa. L-istqarrija tal-MFA temmet tgħid li d-diskussjonijiet se jkomplu, bl-MFA tistqarr li se timxi u tiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA u skont dak li jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa.
//= $special ?>