Coronavirus Futbol Sport

L-Eredivisie ddikjarat null

(Ritratt: EPA)

Il-Kampjonat Olandiż, l-Eredivisie ġie kkanċellat b’mod immedjat u b’hekk l-istaġun se jitqies daqs li kieku ma sarx. Dan ġie deċiż waqt konferenza li saret b’mod onlajn bejn l-FA Olandiża u l-klabbs.

Meta kien baqa’ disa logħbiet, Ajax li kienu qegħdin fl-ewwel post flimkien ma’ AZ Alkmaar iżda b’differenza ta’ gowls aħjar ġew mċaħħda mit-titlu. Ġie deċiż ukoll li mhux se jkun hemm timijiet li jiġu relegati u lanqas promossi għal dan l-istaġun. Dwar il-kompetizzjonijiet Ewropej, l-Eredivisie iddeċidiet li Ajax se jilagħbu fil-fażi tal-play-offs tal-UEFA Champions League filwaqt li AZ Alkmaar jidħlu mit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-istess kompetizzjoni.

Feynoord li kienu fit-tielet post se jikkompetu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League. PSV u Willem II se jibdew mit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-istess kompetizzjoni. Aktar kmieni din il-ġimgħa il-Gvern Olandiż ħabbar li kien se jkun qed jissospendi l-avvenimenti sportivi sal-1 ta’ Settembru. Dan huwa t-tieni kampjonat fl-Ewropa li ġie ddikjarat null wara li dak tal-Belġju fejn hemmhekk Club Bruuge ġew dikjarati champions.