Futbol Sport

MINUTA MILL-PASSAT: Il-ġenju Johan Cruyff

It-tim nazzjonali tal-Olanda – id-dehra ta’ futbol modern li kien l-attrazzjoni prinċipali fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1974. Kien tim li żviluppa fil-bidu tas-snin 70 b’logħob dirett, fantasija u preċiżjoni. Fuq kollox iżda tim magħmul minn plejers ta’ kapaċità u talenti straordinarji. Plejers li bit-tokk maġiku tagħhom taw dehra ġdida lill-futbol modern.

Waħda mill-partita f’din il-fażi finali kienet il-konfront li l-Olanda kellha minn Grupp 3 kontra l-Iżvezja fil-Westfalenstadion ta’ Dortmund. Fit-23 minuta azzjoni ta’ Wim van Hanegem li minn fuq il-lemin deher li kien ser ikun issikkat minn Bjorn Andersson u Ralf Edstroem. Van Hanegem flok avvanza u daħal għad-dwell, xeħet lura lejn Wim Rijsbergen li għadda lejn Arie Haan fiċ-ċirku tan-nofs.

Ħsieb veloci minn Haan illi għadda pass fit-tul lejn il-bandiera tal-korner fuq ix-xellug – il-ballun spiċċa għand il-ġenju tal-futbol modern Johan Cruyff . Il-ballun f’riġlejn Cruyff bħal kalamita, passi qosra iżda veloċi bi dribbling fin f’mumenti sfida mal-avversarju. Minn hemm imur għal tmiem l-azzjoni …… bosta drabi bil-ballun fix-xibka. Dak kien Johan Cruyff – il-ġenju tal-football modern.