L-aħħar ġimgħa tax-xahar – jiem li fihom il-ħaddiema jistennew il-paga tagħhom.
Iżda sfortunatament, minħabba l-kriżi tal-COVID-19, dan ix-xahar se jkun wieħed differenti għal ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin li jew se jieħdu paga inqas mis-soltu jew mhu se jieħdu xejn.
U minkejja l-pakketti mħabbra mill-Gvern li suppost se jgħinu lill-familji, jidher li l-għajnuna mhix tasal.
Dwar dan tkellem il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella waqt intervent bi Skype fil-programm NET LIVE fejn saħaq li hawn nies li mhux jaslulhom l-għajnuna, nies li jaqgħu taħt skemi ta’ vulnerabbiltà li jgħidulhom morru ghand il-professur biex juru li huma vulnerabbli,.
Vella staqsa “kif tridhom f’dan il-perjodu tal-COVID-19 imorru jsibu il-professur. Din skuza biex ma noħorġux flus?” Hu stqarr li mhux imbilli niftaħħru kemm ħriġna pakektti, “Bil-press conferences tal-pakketti fuq l-ixkafef ma nahsibx li se naslu.” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM.
Dwar dan, Net News staqsa lill-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri li min-naħa tiegħu ammetta li minn ximkien trid tibda u minn ximkien trid tispiċċa u għalhekk hawn min se jieħu pjaċir u min ftit inqas.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia minn naħa tiegħu saħaq li ix-xogħol fuq il-pakketti minkejja li ilhom xahar li tħabbru minn Robert Abela m’ilux li beda.
Il-verita’ tibqa’ li numru kbir ta’ ħaddiema mhux jintlaqtu mis-suppost pakketti mħabbra mill-gvern.
Waqt l-intervista fuq Net TV, Josef Vella semma’ wkoll il-miljuni li qed jingħataw lil Steward Healthcare li f’dan iż-żmien kieku ma nsterqux fil-bejgħ tal-isptarijiet, kieku l-Gvern għandu ħafna iktar fondi x’jaqsam mal-familji Maltin u Għawdxin.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM tkellem dwar il-prezz internazzjonali taż-żejt li naqas b’mod drastiku fl-ahhar jiem kaġun ta’ din il-pandemija… filwaqt li f’Malta, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma baqghu gholjin ħafna meta kumparat ma’ pajjiżi oħra. Dan apparti li anke l-prezz tal-petrol u d-diesel baqa’ ma rahasx.
//= $special ?>