Phil Neville kkonferma li se jħalli l-irwol tiegħu bħala kowċ tat-tim tan-nisa tal-Ingilterra meta l-kuntratt tiegħu jiskadi f’Lulju tas-sena d-dieħla. Perjodu negattiv għat-tim Ingliż fejn kellu seba’ telfiet fl-aħħar ħdax –il partita qajjem dubji dwar il-futur tal-istess kowċ.
Neville kellu jmexxi lit-tim Ingliż fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej tan-Nisa li kellhom isiru s-sena d-dieħla iżda ġew posposti għal Lulju tal-2022. L-eks plejer ta’ Manchester United fost l-oħrajn se jkun parti minn tim li se jkun qiegħed jagħżel il-kowċ il-ġdid li se jkollu r-responsabbilità li jmexxi lill-Ingilterra fil-Kampjonati Ewropej tal-2022 u fit-Tazza tad-Dinja tal-2023.
Neville mistenni jkun il-kowċ tat-tim Britanniku fl-Olimpjadi iżda konferma dwar għadha trid tittieħed. Phil Neville ġie appuntat kowċ tat-tim tan-nisa tal-Ingilterra f’Jannar tal-2018 u rebaħ ix-She Believes Cup fl-2019 u kiseb ir-raba’ post fit-Tazza tad-Dinja tal-istess sena.
//= $special ?>