Lokali

Qum, ’il fuq u lil hinn mill-kriżi tal-COVID-19 bl- APS Jet Pack.

L-APS iħabbar b’sodisfazzjon inizjattiva ġdida bi tweġiba għall-kriżi tal-COVID-19 – l-APS Jet Pack. L-APS Jet Pack huwa l-għodda li biha negozji lokali li għandhom problemi ta’ likwidità jistgħu jżommu fuq saqajhom. Huwa self li jipprovdi assistenza ta’ kapital għall-infiq biex ikopri diversi spejjeż – pereżempju pagi, kirjiet, dawl u ilma, u l-akkwist ta’ materjal / stokk biex in-negozju jibqa’ għaddej.

X’fih il-pakkett fil-qosor:

  • Self sa €8 miljun, skont id-daqs tan-negozju.
  • Ma jitħallsu ebda spejjeż jew drittijiet lill-Bank.
  • Rata ta’ mgħax li tibda minn 2.75% (inkluż id-dritt tal-garanzija) fissa għal self ta’ 4 snin għal SME.
  • Impenn illi l-Bank jgħaddi lill-klijent kull għajnuna addizzjonali mill-Gvern, pereżempju sussidju fuq l-imgħax, ladarba din tingħata.
  • Ħlas lura fuq perjodu massimu ta’ erba’ snin, li jista’ jkun estiż sa sitt snin, kull każ skont il-mertu tiegħu (japplikaw termini u kundizzjonijiet).
  • Moratorju ta’ sitt xhur fuq il-ħlas sew tal-imgħax kemm tal-kapital, li jista’ jkun estiż sa sena, kull każ skont il-mertu tiegħu.

L-APS Jet Pack igawdi mill-benefiċċju tal-Iskema ta’ Garanzija COVID-19 imnedija mill-Malta Development Bank (MDB) permezz ta’ Garanzija Bankarja ta’ €350,000,000 li hi koperta b’garanzija tal-Gvern maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi.

Il-Kap Eżekuttiv tal-APS Bank Marcel Cassar jgħid hekk: “Aħna nibqgħu spalla ma’ spalla mal-klijenti tagħna u nirreċiprokaw il-fiduċja tagħhom f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. L-APS Jet Pack huwa xhieda ta’ dan! Aħna qegħdin hawn għalihom, u l-prijorità tagħna tibqa’ li naħdmu mal-Malta Development Bank u mal-Gvern biex lill-klijenti kummerċjali tagħna nagħtuhom l-aqwa appoġġ li nistgħu.”

Biex jitkellmu dwar l-opzjonijiet li għandhom, jekk humiex eliġibbli u kif jistgħu japplikaw, il-klijenti huma mistiedna jikkuntattjaw lir-Relationship Manager tagħhom. Jew inkella jistgħu jċemplu l-APS Contact Centre fuq 2122 6644 (mit-Tnejn sas-Sibt, mit-8:00 ta’ filgħodu sat-8:00 ta’ filgħaxija) jew jibagħtu email lill-COVID-19 Business Response Team fl-indirizz covid19@apsbank.com.mt.Aktar informazzjoni dwar l-APS Jet Pack tinsab fis-sit www.apsbank.com.mt/aps-jet-pack