Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 – 221 każ għadhom attivi

Huma żewġ każijiet li nstabu pożittivi għall-Coronavirus fl-aħħar 24 siegħa.

Tul il-bulletin mediku l-Professur Charmaine Gauci qalet li 19-il persuna oħra issa fiequ, bl-ammont ta’ persuni li fiequ minn din l-imxija huwa dak ta’ 223 fiequ.

It-total ta’ każijiet pożittivi f’Malta huwa dak ta’ 447. Bin-numru tal-każijiet attivi huwa dak ta’ 221.

Intant il-każi pożittivi huma ta’ mara Maltija ta’ 60 sena li hija carer li taħdem f’dar tal-anzjani. Din inqabdet waqt screening li jinsab għaddej minħabba s-sistema tal-lockdown. Din l-anzjana ma kellhiex sintomi.

Il-każ l-ieħor huwa ta’ raġel Malti ta’ 43 sena li kellu sintomi lbieraħ. Hu jaħdem f’uffiċċju privat u mar għax-xogħol bis-sintomi u ltaqa’ ma diversi kollegi tax-xogħol. Bħalissa qiegħed isir contact tracing tal-membri tal-familja, kif ukoll dawk li ġew f’kuntatt miegħu fuq il-post tax-xogħol.

Is-Supridentent tas-Saħħa Pubblika mill-ġdid fakkret li kull min iħoss xi sintomi għandu jibqa’ d-dar.