25 TA’ APRIL 1993
Eżatt 27 sena ilu, saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-istadium il-ġdid tal-Marsa. L-irħama kommemorattiva nkixfet mill-Ministru ta’ dak iż-żmien Michael Frendo. L-inawgurazzjoni saret proprju xahar qabel il-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’pajjiżna.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru qal li “dan il-wiċċ sintetika professjonali u dan l-istadium hu investiment għall-futur. Michael Frendo sejjaħ il-faċilità bħala investiment soċjali fis-saħħa, fl-Edukzzjoni Fiżika u fil-valuri tal-isport, valuri pożittivi ta’ ħbiberija u kompetizzjoni.
L-istadium ingħata l-isem ta’ Matthew Micallef St. John Stadium, b’dedika għaż-żagħżugħ li miet wara li ttajjar minn karozza waqt li kien qed jitħarreġ fit-triq. Michael Frendo qal li dan l-atleta ta eżempju sabiħ f’ħajtu tal-valuri nodfa taż-żgħożija u tal-isport. Hu żied li Micallef St. John kien żagħżugħ eżemplari li anki waqqaf rekords nazzjonali. Il-Ministru kompla li jittama li hu jservi ta’ ispirazzjoni għal żgħażagħ oħra biex isegwu l-eżempju tiegħu.
Il-President tal-Malta Amateur Athletic Association ta’ dak iż-żmien Joe Bajada qal li l-ftuħ ta’ dan l-istadium bi track sintetiku ifisser bidu ta’ kapitlu ġdid fl-istorja ta’ aktar minn 64 sena tal-atletika f’pajjiżna. Bajada kompla li t-track ta’ livell internazzjonali se jpoġġi lil Malta fuq livell ta’ pajjiżi kbar għaliex se jagħti l-opportunità lill-atleti u liż-żgħażagħ Maltin li jitħarrġu fl-istess ambjent u kundizzjonijiet ta’ oħrajn fl-Ewropa.
Qabel id-diskorsi saret parata mill-Iscouts tal-Mosta, wirja mill-Iskwadra tal-Ajru tal-Forzi Armati. Saret ukoll l-ewwel tellieqa ta’ mil li ntrebħet minn John Buhagiar f’erba’ minuti u 32 sekonda. Minbarra t-tellieqa saru wkoll attivitajiet tad-discus, javelin, high jump, long jump u shot put.
//= $special ?>