Lokali Qorti

Arresti b’rabta ma’ ksur ta’ sanzjonijiet tal-UE fuq il-Libja

Ħamest irġiel tressqu l-Qorti mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra t-Terroriżmu, akkużati li bħala cittadini Maltin u tal-Unjoni Ewropeja u bħala kumpanija reġistrata f’Malta rispettivament, mingħajr awtoriżżazzjoni, biegħu, trasferew jew esportaw, b’mod dirett jew indirett, żewġ opri tal-baħar tal-għamla ‘RHIBS’ reġistrati Malta.

Dan kollu wasal wara jiem ta ta’ investigazzjonijiet twal u intensivi mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra t-Terroriżmu, hekk kif allegatament dawn il-Maltin kissru is-sanzzjonijiet li hemm imposti fuq il-Libja mill-Unjoni Ewropea.

L-investigazzjonijiet bdew wara li l-Pulizija Maltija kellha informazzjoni li kumpanija reġistrata Malta, allegatament, esportat żewġ opri tal-baħar lejn il-Libja mingħajr lawtoriżżazzjoni tal-awtoritajiet Maltin.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li dan seħħ qrib Ġunju tal-2019, wara li sar kuntratt kummerċjali bejn kumpanija Maltija u kumpanija oħra fl-Emirati Għarab Magħquda.

Il-kumpanija Maltija bagħtet l-imsemmija opri lejn il-Libja biex jintużaw għall-evakwazzjoni f’każ ta’ emerġenza fil-Libja tal-ħaddiema tal-kumpanija tal-Emirati Għarab Magħquda.

Is-Supretendent George Cremona, responsabbli mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra t-Terroriżmu qal li, “f’dan il-każ partikolari, l-investigazzjoni prinċipali kienet fuq il-ksur ta’ sanzzjonijiet fuq il-Libja, però b’enfasi speċifika fuq possibilment ħasil ta’ flus. Għaldaqstant qabel ma bdew il-proċeduri tal-Qorti, intalbet dik li tissejjah ‘attachment order’ li ġiet approvata mill-Qorti Kriminali.”

Il-Ġimgħa wara nofsinhar, is-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra t-Terroriżmu ressqu l-Qorti ħamest irġiel Maltin, sid ta’ kumpanija ta’ vapuri ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa u erba’ impjegati tal-istess kumpanija : żewġt irġiel ta’ 63 sena u 45 sena residenti l-Mellieħa, raġel ta’ 47 sena residenti l-Floriana, u ieħor ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar, kif ukol inħarġu akkużi fil-konfront tal-istess kumpanija.

Sar magħruf li t-talba tal-iffriżar tal-assi kemm fuq il-persuni kif wkoll fuq il-kumpanija intlaqgħet waqt li l-investigazzjonijiet għadom għaddejin.

Fl-istess proċeduri ser jsiru wkoll dawk li jissejhu Ittri Rogatorji sabiex informazzjoni meħtieġa tinġieb mill-pajjiżi konċernati b’mod formali u li tkun tista’ tintuża fil-proċeduri.

Il-ħames persuni li tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D u wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. Huma ngħataw l-libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet.