Futbol Sport

Chelsea mistennija jġeddu l-kuntratt ta’ Olivier Giroud

(Ritratt: EPA)

Chelsea mistennija jieħdu l-għażla li jġeddu l-kuntratt ta’ Olivier Giroud b’sena. Il-kuntratt eżistenti tal-attakkant jiskadi fit-30 ta’ Ġunju u b’hekk Chelsea se jkunu jistgħu jdaħħlu somma ta’ trasferimenti jekk jirnexxilhom ibiegħu l-plejer.

Giroud kien viċin li jħalli l-klabb f’Jannar li għadda iżda Chelsea blokkaw it-trasferimenti minħabba li ma rnexxielhomx jakkwistaw sostitut. Fl-ewwel parti tal-istaġun, Giroud beda biss żewġ logħbiet fil-Premier League, iżda lagħab aktar regolari wara li weġġa’ Tammy Abraham f’Jannar. Chelsea akkwistaw lil Giroud mingħand Arsenal għal madwar €20 miljun f’Jannar tal-2018. Mat-tim minn Londra, il-Franċiż rebaħ l-Europa League u l-FA Cup.