Għas-sitt jum konsekuttiv, l-Italja rreġistrat tnaqqis fil-każi ġodda ta’ Covid-19.
Filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 415-il fatalità, li 163 minnhom kienu fil-Lombardia, dan l-istess reġjun li kien l-epiċentru tal-virus fl-Italja issa jidher li qed jibda jieħu r-ruħ hekk kif fl-aħħar sigħat kienu rreġistrati biss 80 każ ġdid. Din hi l-iżgħar ċifra fil-Lombardia sa mis-6 ta’ marzu.
Naqsu wkoll għall-ewwel darba l-morda li jinsabu f-iżolament fi djarhom stess.
Il-każi li għadhom attivi fl-Italja issa huma 105,847 – tnaqqis ta’ 680 fuq il-Ġimgħa.
It-total tal-mejtatela’ għal 26,384.
//= $special ?>