Kultura Lokali

Imnedija KulturaMalta

Launch ta’ pjattaforma medjatika – mingħajr il-preżenza tal-midja

Fuq il-midja soċjali illum ġiet mnedija KulturaMalta, pjattaforma televiżiva fuq ix-xandir nazzjonali.

Josè Herrera Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u Carmelo Abela Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali, Djalogu Soċjali u Żvilupp Sostenibbli), sostnew li minħabba l-fatt li fiċ-ċirkostanzi preżenti, “Ninsabu kostretti nwaqqfu għal kollox l-attivitajiet tal-massa, u għalhekk l-artisti tagħna għandhom l-opportunità li jagħmlu produzzjonijiet biex ikunu jistgħu jixxandru fuq TVM”.

Din kienet oħra minn serjè ta’ okkażżjonijiet fejn il-midja ma ġietx mistiedna. Rikorrenza li ġiet innotata wkoll minn Reporters Without Borders dwar it-tfixkil fil-midja minn naħa tal-Gvern u d-daqqa fil-konfront tal-libertà tal-istampa f’pajjiżna.