“Kemm-il darba talabna u insista biex inżiduh mal-oħrajn”
Ir-rapper Amerikan Kanye West huwa uffiċjalment biljunarju grazzi għaż-żraben tal-baskitbol li żviluppa flimkien mal-kumpanija Adidas.
Ir-rivista Forbes spjegat li Kanye issa qed jagħmel parti mal-lista tal-biljunarji fejn issa r-raġel ta’ Kim Kardashian għandu madwar $1.3 biljun.

Ir-rivista spjegat li West kemm-il darba talabhom sabiex iniżluh mal-lista tal-aktar sinjuri però din id-darba biss kien effettivament laħaq it-titlu ta’ biljunarju. Apparti ż-żraben li jinbiegħu għal ‘il fuq minn $200 -il par, ‘il bqija tal-ġid li għandu huwa frott il-proprjetajiet tiegħu.
Kanye West huwa t-tieni rapper li għamilha ma’ din il-lista wara li s-sena l-oħra kien miżjud Jay-Z.
