Tela’ għal 20,319 in-numru ta’ fatalitajiet kawża tal-Covid-19 fir-Renju Unit.
Dan hu n-numru ta’ mwiet fl-isptarijiet.
Inqas minn xahar ilu, id-Direttur Mediku tal-NHS il-Professur Stephen Powis kien qal li jekk in-numru ta’ mwiet ikun taħt l-20,000, ikun riżultat tajjeb għar-Renju Unit. Madankollu issa ċ-ċifra qabżet dik il-mira hekk kif illum ġew irreġistrati 813-il mewta oħra.
Aktar minn 18,000-il elf minn dawn l-imwiet seħħew fl-Ingilterra. 1,231 ġraw fl-Iskozja u 774 f’Wales.
Fl-aġġornament tal-lum, il-Ministru tal-Intern Priti Patel reġgħet appellat biex kulħadd jibqa’ ġewwa.
//= $special ?>