Valentino Rossi qal li jixtieq jkompli jtellaq is-sena d-dieħla iżda żied li se jiddeċiedi qabel jara kemm se jkun kompetittiv dan l-istaġun. Sa issa l-istaġun tal-Moto GP għadu ma bediex u mhux se jibda tal-anqas qabel tmiem Ġunju minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Rossi se jħalli lit-tim ewlieni ta’ Yamaha fi tmiem dan l-istaġun iżda jekk irid għandu post mat-tim Petronas Yamaha fi bdil dirett mal-Franċiż Fabio Quartararo. “Naħseb li se jkolli niddeċiedi qabel nibdew għaliex f’sitwazzjoni ottimista, nistgħu ntellqu fit-tieni parti tal-istaġun, madwar Awwissu jew Settembru nittama, jekk kollox ikun tajjeb.”
F’intervista fuq Youtube, Rossi qal li se jkollu jiddeċidi qabel u għalhekk minkejja li jrid itellaq, se jkollu jieħu d-deċiżjoni mingħajr ma jkun kiseb ebda riżultat. Rossi li hu seba’ darbiet rebbieħ tal-Moto GP, hu l-uniku sewwieq li kkompeta f’aktar minn 400 tellieqa filwaqt li kiseb 89 rebħa f’karriera ta’ aktar minn 20 sena.
//= $special ?>