Zewg anzjani, infermiera u carer kellhom bżonn l-ossiġnu hekk kif belgħu d-duħħan wara li nar ħakem Dar Saura fir-Rabat.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li numru ta’ anzjani ġew evakwati mid-dar tal-anzjani minħabba l-periklu li nħoloq filwaqt li fuq il-post mar tabib u għadd ta’ambulanzi u vetturi ta’ tifi tan-nar.
Hadd ma weġġa’ f’dan l-incident. Jidher li kien scooter ta’ wieħed mill-anzjani li ħa n-nar f’wahda mill-kmamar.
It-triq tal-istess dar tal-anzjani, Triq Nikola Saura ngħalqet għat-traffiku biex il-membri tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom bl-aħjar mod hekk kif it-triq hi waħda dejqa ħafna. B’hekk, it-triq ewlenija li tgħati mir-Rabat għal Ħad-Dingli ġiet magħluqa b’mod temporanju.
//= $special ?>

