Lokali

BIL-FILMAT: Dniefel jintlemħu fil-Port il-Kbir

Filmat li ttieħed mill-Kaptan Trafford Vella fl-aħħar jiem juri xena mill-isbaħ ta’ żewġ dniefel li akkumpanjaw il-bastiment tiegħu hu u ħiereġ mill-Port il-Kbir.

Xeni simili huma pjuttost komuni hekk kif fl-aħħar snin kienu diversi l-filmati li waslu għand Net News minn baħħara fl-ibħra Maltin. Fost l-oħrajn minn Shoaib Ahmed, baħri Eġizzjan li jgħix f’pajjiżna u jaħdem fuq bastimenti ta’ kumpaniji Maltin.

Tags