Żdied għal 197,675 in-numru ta’ dawk li mardu bil-Covid-19 fl-Italja fl-aħħar xhur. Dan hekk kif il-każijiet ġodda qed jonqsu jum wara l-ieħor.
Il-każijiet ġodda huma 2,324. Dawk li mietu żdiedu b’260 fl-aħħar 24 siegħa, għal total ta’ 26,644 fatalità. In-numru ta’ vittmi hu l-inqas wieħed li ġie reġistrat fl-aħħar 40 ġurnata.
Il-persuni f’kura intensiva naqsu bi 93.
Intant, qed jikkarga b’mod allarmanti t-tixrid tal-Covid-19 fl-Amerika Latina, bin-numru ta’ dawk morda ikompli jitla’ ‘l fuq.
//= $special ?>