Illum mill-4.50pm ‘l quddiem jixxandar l-24 programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Il-programm ta’ din il-ġimgħa hu speċjali b’rabta mal-Akkademja tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo. Flimkien mal-cameraperson Michael Farrugia u muntaġġ tas-servizzi ta’ Samira Cachia Spiteri, fil-programm xejn anqas minn sitt intervisti ma’ personalitajiet ewlenin fid-dinja tal-judo li kienu uħud minn dawk li nġiebu Malti għal din l-okkażjoni.
Dawk intervistati huma r-rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja tal-1991 Daniel Lascau, Mark Huizinga li hu rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Sydney fl-2000. Intervisti wkoll mal-judokas Taljani Giulia Quintavalle, rebbieħa tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008, Lucia Morico rebbieħa tal-bronż fl-Olimpjadi ta’ Ateni fl-2004 u Rosalba Forcinti li rebħet il-bronż fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 flimkien ma’ Ruben Houkes li rebaħ il-bronż fl-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008.
Il-programm sar b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Maltija tal-Judo u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo.
//= $special ?>