Basketball Coronavirus Sport

L-NBA tagħti permess lil xi timijiet biex jibdew jittrenjaw mill-1 ta’ Mejju

(Ritratt: TheSpun.com)

Meta fl-Istati Uniti wħud mill-istati se jiftħu għal xi attività min nhar il-Ġimgħa, l-NBA ħadet id-deiżjoni biex dawk it-timijiet li jinsabu f’dawn l-istati jistgħu jiftħu biex il-plejers tagħhom ikunu jistgħu jitħarrġu. It-taħrig permess huwa fuq bażi strettament individwali u volontarju, jiġifieri l-ebda plejer mhuwa obbligat li jibda jitħarreġ.

Minkejja din id-deċiżjoni, il-Kummisarju tal-NBA Adam Silver qal li dan ma jfissirx li hemm deċiżjoni dwar meta l-kampjonat jista’ jitkompla għaliex għalissa jridu jaraw kif se tkompli tiżviluppa s-sitwazzjoni b’rabta mal-coronavirus fl-Istati Uniti. Il-kampjonat tal-NBA kien ġie sospiż fil-11 ta’ Marzu. S’issa fl-Istati Uniti kienu kkonfermati 970,757 każ ta’ coronavirus u minnhom kien hemm 54,941 li tilfu l-ġlieda tagħhom kontra dan il-virus.