Waqt konferenza stampa, il-Ministru tas-Saħħa Spanjol, Salvador Illa qal li ma tkunx prudenti li jispekola dwar meta u jekk il-kampjonat Spanjol hux se jitkompla. Illa żied li m’għandux ħjiel jekk il-kampjonat jirritorna qabel is-sajf. Hu kien kawt meta ġie biex jispeċifika meta l-plejers jistgħu jirritornaw għat-taħriġ minħabba li s-sitwazzjoni b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus qed tinbidel minn ħin għall-ieħor.
Il-kampjonati fi Spanja ġew mwaqqfa fit-12 ta’ Marzu. Spanja kienet wieħed mill-aktar pajjiżi li kien milqut b’mod negattiv mill-coronavirus. Fil-La Liga qabel ma l-kampjonat ġie sospiż Barcelona kienu jinsabu fil-quċċata tal-klassifika żewġ punti vantaġġ fuq ir-rivali Real Madrid. S’issa ġew identifikati 226,629 persuna pożittivi għall-coronavirus u 23,190 tilfu ħajjithom.Spanja tinsab taħt lockdown totali, b’din il-miżura mistennija tibqa’ fis-seħħ sad-9 ta’ Mejju.
//= $special ?>