L-attakkant ta’ Everton, Moise Kean inqabad jikser l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Gvern Ingliż b’rabta mal-lockdown minħabba l-pandemija tal-coronavirus. It-Taljan ta’ 20 sena deher fuq il-midja soċjali jospità festin fid-dar tiegħu meta dan imur kontra ir-regoli tal-lockdown maħruġa mill-Gvern Ingliż. F’reazzjoni għal dan Everton ħarġu stqarrija fejn urew id-diżappunt tagħhom għall-atteġjament ta’ Kean. Everton ikkundannaw bl-aktar mod katergoriku dak li għamel l-attakkant tagħom.
It-tim ta’ Merseyside b’mod regolari kien qiegħed jikkomunika l-messaġġ mal-plejers u l-istaff tiegħu biex dawn jimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa Ingliżi u jirrispettaw ix-xogħol siewi tal-NHS. Moise Kean ingħaqad ma’ Everton fis-sajf li għadda mingħand Juventus fejn s’issa skorja gowl f’26 partita għat-Toffees.
//= $special ?>