Futbol Sport

Philippe Coutinho operat fl-għaksa tal-lemin

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Bayern Munich, Philippe Coutinho nhar il-Ġimgħa ġie operat fl-għaksa u mistenni jdum barra mill-azzjoni għal numru ta’ ġimgħat. Coutinho ssieħeb lil Bayern Munich b’self mingħand Barcelona fis-sajf li għadda u jista’ jkun li jilħaq jirkupra fil-ħin għat-tkomplija tal-kampjonat li ġie sospiż f’nofs Marzu minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Fil-Ġermanja Coutinho naqas milli jimpressjona u minkejja dan numru ta’ rapporti fl-Ingilterra qed jgħidu li l-Brażiljan qed jinteressa numru ta’ klabbs fil-Premier League. Il-Bundesliga mistenni jkompli x-xahar id-dieħel bid-data preċiża għadha mhix magħrufa. Bayern Muich jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’erba’ punti vantaġġ u jinsabu fi triqthom biex jiksbu t-tmien kampjonat konsekuttiv.