Sal-lum rajna 100 jum ta’ populiżmu min-naħa ta’ Robert Abela li qed imexxi Gvern selettiv u reattiv fejn jgħid bil-kontra ta’ dak li jgħidu l-Ministri tiegħu. Bil-kontra wkoll dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija meta jrid jagħmel bil-kontra tal-ispirtu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, fejn imkien fir-rapport tagħha ma jingħad li l-perijodu ta’ ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija għandu jonqos minn ħames snin għal erba’ snin biss u li l-ewwel sena ta’ dan iż-żmien ta’ erba’ snin għandu jkun perjodu ta’ prova.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tipproponi ħatra bil-fiduċja ta’ żewġ terzi tal-Parlament, din l-aħbar li l-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid se jkun maħtur biss għall-perijodu ta’ erba’ snin hija konferma ta’ kemm Robert Abela jrid jibqa’ jagħżel il-Kummissarju tal-Pulizija hu u jikkontrollah bl-aktar mod assolut matul iż-żmien li jdum fil-kariga. Meta din persuna se jkollha quddiemha r-responsabbiltà li l-Korp jerġa’ jgawdi mill-ġieh li jistħoqqlu.
Rajna wkoll 100 jum tal-ħtif tax-xandir nazzjonali; fejn sfortunatament Robert Abela qed iġib lit-TVM bħala estensjoni tal-ONE TV sabiex iwassal il-propoganda tiegħu. Flok jgħaqqad qiegħed jifred lill-poplu fiż-żmien meta għandna nibqgħu niġġieldu l-imxija tal-COVID-19 bħala poplu wieħed, pajjiż wieħed.
//= $special ?>

