Sport

46 SENA ILU: Issir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Olimpika

27 TA’ APRIL 1974

Sitta u erbgħin sena ilu fil-Marsa Sports Grounds, aret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Olimpika b’organizzazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti. Iċ-Ċerimonja bdiet bil-march past tal-Għaqdiet Nazzjonali affiljati mal-KOM. L-Isportiv Nazzjonali tal-1973 Michael Soler kien ħa l-ġurament f’isem il-kompetituri u l-atleta Charles Portelli xegħel l-Urna Olimpika. Iċ-ċerimonja ntemmet b’wirja minn 250 tifel tal-iskejjel sekondarji.

Fid-diskors tal-ftuħ, Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti ta’ dak iż-żmien Lawrence Xuereb, sejjaħ il-manifestazzjoni sportiva bħala okkażjoni ta’ interess komuni għall-isportivi kollha. Dak iż-żmien, hu appella lill-Gvern sabiex iżid l-għajnuna finanzjarja tiegħu u għamel kuraġġ lill-organizzazzjoni tal-Isportiv u l-Uffiċjal tas-Sena biex l-atleti u diriġenti jkollhom inċentiv.

Dakinhar, Xuereb ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-Għaqdiet Nazzjonali li ħatruh President tal-Kumitat Olimpiku Malti u aċċertahom li kien se jagħmel dak kollu possibbli biex jitkattar il-moviment Olimpiku f’Malta.