Fondazzjoni Griega tgħin fil-ġlieda lokali kontra l-Coronavirus
F’sinerġija waħda, il-Fondazzjoni Griega Bodossaki Foundation, grazzi għas-sostenn finanzjarju ta’ The Coca-Cola Foundation, qed tagħti s-sehem tagħha fil-ġlieda Maltija kontra l-Covid-19.
Fi stqarrija tħabbar li l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin ser jingħataw 8,000 maskra FFP2 bil-għan li tissaħħaħ l-qawwa kontra din l-isfida pandemika.
Din l-inizjattiva daħlet fis-seħħ grazzi għall-ħidma tal-kumpanija Coca-Cola f’Malta, kumpanija li diġà qed toffri donazzjonijiet tal-prodott lil numru ta’ organizzazzjonijiet lokali bil-għan li dawn jingħataw lil gruppi vulnerabbli.
Din il-ħidma kollha tinkludi wkoll The Malta Foundation for the Wellbeing of Society, fejn grazzi għall-Food Aid Programm qed jingħataw l-għajnuna xejn inqas minn 900 familja kull ġimgħa. Dan filwaqt li qed jingħataw ukoll donazzjonijiet lil frontliners li qed iħabbtu wiċċhom ma’ dan il-virus.
S’issa l-kumpanija Coca-Cola taw xejn inqas minn $120miljun f’sostenn globali. Dan filwaqt li l-Fondazzjoni Griega, Bodossaki Foundation qed tissokta bil-ħidma tagħha madwar l-Ewropa sabiex tgħin lil kull min hu fil-bżonn f’dan iż-żmien ta’ kriżi.
//= $special ?>