Fl-aħħar 24 siegħa ttestjaw pożżittiv żewġ każi pożittivi ġodda minn 700 test. Sabiex issa t-total ta’ każijiet żied għal 450. Dan filwaqt li ġew imfejqa żewġt itfal taħt id-9 snin, u żewġ persuni li għandhom bejn it-30 u 39 sena
B’kollox huma 286 persuni li s’issa fiequ mill-infezzjoni tal-Covid-19 u t-total ta’ każi attivi huwa dak ta’ 160.
Dan kollu tħabbar minn Profs. Charmaine Gauci f’konferenza tal-aħbarijiet fejn spjegat li Malta s’issa wettqet aktar minn 29,400 test sa minn meta bdiet l-imxija.
Iż-żewġ każi pożittivi jinvolvu:
Raġel Malti ta’ 40 sena li kien kuntatt ta’ każ ieħor li diġà rrapportajna qabel – dak ta’ persuna li kien mar fuq il-post tax-xogħol bis-sintomi. Ta’ min wieħed jinnota li r-raġel kien fuq kwarantina.
Finalment, każ ieħor kien dak ta’ raġel ta’ 68 sena. Huwa jinsab f’qagħda tajba u għaddejjin b’contact tracing f’post fejn jaħdem bħala xogħol volontarju.
Is-Suprindendet għas-Saħħa Pubblika saħqet li s’issa fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far twettqu 359 tests u t-total ta’ persuni pożittivi telgħu għal 43. Fl-aħħar ġimgħa ma ġie rrapportat l-ebda każ. Dan ifisser li s’issa fadal biss ġimgħa kwarantina, ġaladarba ma jkunx hemm każ pożittiv ġdid.
Hija spjegat li l-maġġorparti tas-sintomi għadhom dawk respiratorji u gastrointestinali. Madanakollu jidher ukoll li hemm sintomi wkoll ta’ raxx mal-ġisem, s’issa però f’Malta għadu ma ġiex innotat.
Profs. Gauci saħqet li qabel ma jiġu rilassati xi miżuri, l-Awtoritajiet tas-Saħħa jridu jkunu ċerti li l-firxa tkun qed tonqos sewwa. Hija sostniet ukoll sabiex membri tal-pubbliku li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar għandhom iżommu rashom mistrieħa.
Meta mistoqsija minn NET NEWS, Professur Charmaine Gauci appellat lill-pubbliku sabiex l-aspett ta’ social distancing jibqa’ hemmhekk u għaldaqstant ma joħorġux mid-dar mingħajr ebda bżonn. Hija saħqet li hija xi ħaġa ferm inkwetanti jekk naraw lill-anzjani jibdew joħorġu f’dan iż-żmien, minkejja li n-numri qed jonqsu.
Hija sostniet li l-użu ġenerali tal-maskri għadu mhux impost, l-għaliex il-firxa mhux daqshekk qawwija, għajr għall-frontliners.
Profs. Gauci saħqet li t-tarbija ta’ xahar li kienet infettata bil-Covid-19, għadha qed tinżamm l-isptar. Madankollu hija preċiżat tgħid li t-tarbija qed tinżamm l-isptar minħabba kundizzjoni apparti.
//= $special ?>