Ħafna negozji diġa’ ħarġu l-pagi għax-xahar ta’ April; iżda l-flus li kienu imwiegħda mill-Gvern, għadhom ma waslux. Dan ifisser li għat-tieni xahar konsekuttiv qed iġorru weħidhom il-piż tad-daqqa ekonomika li ġabet magħha l-pandemija.
Numru ta’ negozji lanqas biss irċievew tweġiba mill-Malta Enterprise. Oħrajn qalulhom li t-talba tagħhom għadha qed tiġi proċessata. U xi uħud ġew saħansitra maqtugħa minn kull tip ta’ ghajnuna ghaliex qalulhom li mhux eleġibbli.
Dokumenti li waslu għand dan is-sit jikkonfermaw każijiet ta’ ħaddiema li l-ghajnuna li waslet fil-but taghhom kienet zero – ebda flus għall-pagi. U meta l-ħaddiema milquta qed iċemplu jew jibgħatu emails lill-Malta Enterprise, dawn qed iwieġbu biex wieħed jistenna sakemm l-applikazzjoni tkun proċessata.

F’kummenti lit-Times, il-Kap Eżekuttiv tac-Chamber tal-SMEs Abigali Mamo ikkonfermat li hafna negozji għadhom lanqas biss irċievew ċenteżmu mill-gvern.
L-inkwiet tal-haddiema u n-negozji idur mal-fatt illi s-suppost għajnuniet tal-gvern qed idumu biex jaslu.
Fl-istess artiklu, il-Kap tad-Dipartiment tal-Economics Philip von Brockdorff jinsisti illi huwa inevitabbli li nispiċċaw f’riċessjoni. Inevitabbli wkoll li b’din il-kriżi, jiżdied il-qgħad – fejn kalkolu aprossimattivi juru li n-nies bla xogħol jafu jitilgħu għal 25,000.
Jikkummenta wkoll id-Direttur Ġenerali tal-MEA Joe Farrugia, fejn itenni l-appell urġenti għal aktar għajnuniet minn naħa tal-Gvern.
//= $special ?>