Il-Premier League se jkollu aktar diskussjonijiet din il-ġimgħa hekk kif il-ħsieb hu li l-logħob jintlagħab bil-bibien magħluqa f’Ġunju. Il-Ġimgħa se ssir video conference bejn rappreżentanti tal-20 klabb fejn se tkompl tkun diskussa din l-idea, anki għaliex il-Gvern Ingliż jinsab favur li l-istaġun ikompli meta jkun possibbli.
Il-miżuri ta’ lockdown imposti mill-Gvern Ingliż għandhom jintemmu fis-7 ta’ Mejju. Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li r-Renju Unit qed jagħmel progress għalkemm ħeġġeġ lin-nies biex iżommu r-restrizzjonijiet tad-distanza soċjali. L-isport se jkompli biss meta l-Gvern Ingliż ikun sodisfatt bil-miżuri.
Biex il-Premier League jirritorna flimkien ma’ sport ieħor, hemm diversi kriterji speċifiċi. Fosthom għad irid ikun deċiż jekk il-logħob hux se jkompli fl-istadiums normali jew fi stadiums newtrali. Il-Premier League jinsab kommess li jkompli t-92 logħba li fadal skont ir-rakkomandazzjoni tal-UEFA.
//= $special ?>