Illum waqaf ix-xogħol ta’ kostruzzjoni madwar il-Gżejjer Maltin
Hemm bżonn li tinstab soluzzjoni immedjata għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni. Dan kien l-appell lill-Gvern mill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali flimkien mal-Kunsilli Lokali.
L-Assoċjazzjoni qablet mal-appell tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri, dwar l-importanza ta’ pjat aktar fit-tul għall-immaniġjar ta’ skart aħjar. Fosthom, soluzzjonijiet għal pjanijiet lokali kif ukoll urbani, u naraw li ma jkunx hawn żvilupp żejjed.
Il-Kunsilli Lokali taw id-diżpożizzjoni tagħhom sabiex flimkien mar-residenti tinstab it-triq ‘il quddiem.
Dan kollu wara li mil-lum, diversi xogħlijiet ta’ proġetti tat-toroq li qed isiru minn Infrastructure Malta waqfu ħesrem minħabba nuqqas ta’ spazju fejn jintefa’ l-iskart ta’ kostruzzjoni.
Dan qed isir minħabba l-problema ta’ spazju li jeżisti għall-iskart iġġenerat minn din l-industrija, fejn l-Inġinier Frederick Azzopardi qal li din qed tikkawża riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, fosthom fuq il-proġetti tal-Marsa u f’Santa Luċija.
Jidher li din is-sospensjoni se tibqa’ fis-seħħ sakemm l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex ikun jista’ jintrema dan l-iskart.
Il-Partit Nazzjonalista spjega li dan il-Gvern ma kienx kapaċi jantiċipa xi problema setgħu jħabbtu wiċċhom magħhom kuntratturi tat-toroq fir-rigward ta’ rimi ta’ materjal ta’ kostruzzjoni. Ġie spjegat li minflok ix-xogħol fit-toroq tagħna ser jieħdu spinta l’ quddiem minħabba ċ-ċirkustanzi li għaddej minnhom pajjiżna bħalissa, l-Gvern iddeċieda li jwaqqaf x-xogħolijiet kollha relatati. Dan ser iwassal għal inċertezza kbira fost dawk kollha li l-għajxien tagħhom jiddependi minn din l-industrija kif ukoll inkonvenjent kbir ghal min joqghod fit-toroq affetwati mix-xogħlijiet.
Il-Partit Nazzjonalista appella lil Gvern biex b’mod serju u b’rispett sħiħ lejn l-ambjent ta’ madwarna, jindirizza din il-problema billi ma jibqax ikaxkar saqajħ u permessi li ilhom pendenti għal snin sħaħ għal estensjoni jew barrier ġodda biex jirċievu radam ġo fihom ikunu pproċessati immedjatament u fl-istess ħin jassigura li ftehim dwar rati ta’ rimi ta’ materjal tal-kostruzzjoni jkunu rispettati.
//= $special ?>