Il-klabbs Belġjani pposponew il-vot dwar il-possibbiltà li l-istaġun jiġi kkanċellat sal-ġimgħa d-dieħla biex żammew it-tama li l-kampjonat jitkompla. Wara deċiżjoni li ttieħdet fil-bidu ta’ April, l-24 klabb kienu skedati li jikkonfermaw it-tmiem kmieni tal-istaġun minħabba l-coronavirus, b’Club Brugge ddikjarati champions.
Il-Belġju kien l-ewwel kampjonat fl-Ewropa li permezz ta’ deċiżjoni mill-Pro League, ħassar il-kumplament tal-istaġun. Id-deċiżjoni kellha bżonn l-aħbar uffiċjali iżda minn dakinhar il-UEFA kienet esprimiet it-tħassib tagħha minħabba l-qbil li kien jeżisti bejn l-assoċjazzjonijiet Ewropej f’dak iż-żmien.
Intant, l-ewwel żewġ diviżjonijiet fir-Repubblika Ċeka, għandhom il-ħsieb li jkomplu fil-25 ta’ Mejju, hekk kif il-Gvern qed jerħi xi restrizzjonijiet biex irażżan il-coronavirus. Dawn l-aħbarijiet jaslu ftit jiem biss wara li l-Eredivisie fl-Olanda ntemm b’effett immedjat filwaqt li Ajax ma ngħatawx it-titlu. Mhux se jkun hemm lanqas relegazzjoni u promozzjoni fl-ogħla diviżjoni wara qbil bejn l-Assoċjazzjoni Olandiża u l-klabbs.
//= $special ?>