Lokali Parlament

Il-Kummissarju tal-Pulizija se jinħatar bi probation ta’ sena

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami żvela fil-parlament li l-Gvern se jaħtar lill-Kummissarju tal-Pulizija bi probation ta’ sena u wara sena jista’ jitneħħa.

Beppe Fenech Adami sellem lill-awtoritajiet tas-saħħa u lil ħafna nies li qed jagħtu kontribut qawwi biex skont kif jidher is-sitwazzjoni tal-COVID-19 tinsab taħt kontroll. Hu tkellem dwar ir-rwol tal-pulizija li nbidel ir-rwol tagħhom u li addattaw għal din is-sitwazzjoni u rringrazzja lill-pulizija għal dan il-kontribut.

Il-PN kien issuġġerixxa li jinbidel il-mod kif isiru r-rapporti fl-għases tal-pulizija u jidher li issa din il-proposta twettqet.

Id-deputat Nazzjonalista sellem ukoll lill-FAM għall-ħidma kbira li qed iwettqu u wkoll lill-uffiċjali tal-ħabs li għamlu sagrifiċċji kbar meta telqu minn djarhom u nqaflu fil-ħabs bħala miżura ta’ sigurtà fis-saħħa biex ikun assigurat li l-virus ma jinxteridx. Hu sellem ukoll lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għall-operazzjoni ta’ emerġenza li qed iwettqu.

Id-deputat Nazzjonalista qal li din il-liġi qed tnaqqas il-poter li għandu l-bord indipendenti dwar l-ilmenti tal-pulizija.

Dan hu bord li għandu poteri kbar fosthom li jinvestiga u jirrapporta malajr kull materja li tirrigwardja kull materja li tirrigwardja l-aġir tal-korp jew ta’ membru tiegħu stess. Il-bord għandu dritt jinvestiga kull ilment li jsir minn membru tal-korp u jista’ jitlob l-assistenza biex isiru investigazzjonijiet waqt li jissorvelja r-relazzjonijiet bejn il-kprp u l-pubbliku.

Il-bord għandu l-poter li jżur iċ-ċelel fejn jinżammu persuni arrestati, li jista’ jirrakomanda affarijiet lill-Ministru tal-Intern u lill-Kumitat għall-Attivitajiet Soċjali biex il-korp jiffunzjona aħjar u li jisma’ l-appelli minn deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxilina tal-korp.

Il-liġi qed tkun emendata biex il-poteri u l-funzjonijiet tal-bord jitnaqqsu u ma jismax l-appelli mill-bord tax-dixxiplina. Jirriżulta li fil-korp hemm sitwazzjoni li s-sistemi ma jiffunzjonawx fejn il-bord tad-dixxiplina ma jiltaqax u għalhekk l-appelli ma jinstemgħux ukoll. Is-soluzzjoni tal-Gvern hi li jneħħi l-poter tal-bord tal-pulizija.

Ir-rapport Greco li wissa’ lill-Gvern fuq diversi aspett indirizza wkoll din il-problema f’April 2019.

Ir-rapport kien kritiku fuq is-sitwazzjoni fil-korp tal-pulizija u fuq is-sitwazzjoni tal-bord fejn qal li l-garanziji li hemm irrendew lill-bord ħafna inqas indipedenti minn dak li kien hemm qabel. Il-Greco appella biex tissaħħaħ l-indipendenza u l-kapaċità ta’ azzjoni lill-bord biex jiffunzjona. Appell ieħor hu biex dan il-bord ikun wieħed ta’ superviżjoni u kontroll fuq l-operat tal-korp tal-pulizija.

Ir-realtà tal-lum hi li l-emenda għall-Abbozz li jemenda l-Att dwar il-Pulizija mhix konkreta, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li llum il-bord ma jistax jiffunzjona. Il-membri tal-bord igawdu rispett iżda minħabba nuqqas ta’ riżorsi ftit jista’ jiffunzjona u għalhekk il-Gvern għandu jiftaħ diskussjonijiet tal-Oppożizzjoni biex il-bord jiffunzjona aħjar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-bord llum m’għandux ir-riżorsi biex jinvestiga u m’għandux il-persuni kapaċi biex jassistuh jinvestiga u jirrapporta malajr. Din tista’ tkun skuża tajba biex il-bord jibqa’ fis-sitwazzjoni li hu. Dan il-bord għandu jinvestiga l-imġieba tal-Korp tal-Pulizija u anki l-aġir ta’ xi ħadd li seta’ abbuża mill-pożizzjoni tiegħu.

Fil-maġġoranza tal-każi l-pulizija tapplika l-liġi l-istes għal kulħadd iżda hemm ukoll realtà oħra li fil-pajjiż hawn kriminali li ma jista’ jmisshom ħadd; inkluż il-pulizija. Il-Bord tal-Pulizija għandu d-dover li jinvestiga u jara għaliex minkejja li hawn Korp tal-Pulizija tajjeb iżda li hu impotenti fil-konfront ta’ ftit persuni fil-pajjiż.

Il-bord għandu d-dritt u d-dover li jinvestiga dwar kif Malta hi l-uniku pajjiż fid-demokratika fejn ex-ministru u ex-Chief of Staff tal-Prim Ministru għamlu kumpaniji fil-Panama biex jaħslu l-flus. Kulħadd jaf li dan hu reat li fid-dinja ċivilizzata kollha jittieħdu passi kontra l-persuni li għamlu strutturi bħal dawn iżda f’Malta l-pulizija ma ħadu l-ebda pasis kontra dawn il-persuni.

Il-Bord tal-Pulizija għandu jkollu l-għodda li jinvestiga. Hemm ukoll rapporti tal-FIAU li jispeċfikaw li fil-bini tal-power station hemm korruzzjoni fejn żewġ persuni qed jaqilgħu €5,000 kuljum il-pulizija mhux tinvestiga lil Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Hu semma’ l-isptarijiet u qal li kuħadd hu konxju li meta l-Gvern biegħ l-isptarijiet kien hemm korruzzjoni tal-ogħla livell. Anki hawn il-pulizija ma tinvestiga iżda l-Bord tal-Pulizija għandu jinvestiga kif ma sarux dawn l-investigazzjonjiet.

Beppe Fenech Adami qal li Keith Schembri kien involut fil-qtil ta’ Daphne Crauana Galizia iżda l-pulizija ma ressquħx il-qorti. Illum id-deputati Laburisti qed jpprovaw jitwarrbu minn Kith Schembri meta qabel kienu tant jiftaħru li kien hu li rebbaħhom l-elezzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien jiltaqa’ mal-ħabib tas-sensar fil-qtil ta’ Caruana Galizia minnw ara dhar l-investigaturi. Dan il-Kummissarju telaq u l-għada l-Gvern Laburrista poġġieh konsulent. Hu appella lill-membri tal-bord biex jifhmu li meta jkunu fuq dan il-bord għandhom responsabbiltà kbira. Il-bord jista’ jieħu l-inizjattivi hu stess, sostan Beppe Fenech Adami, li kompla li l-gvern għandu jagħmel lil dan il-pajjiż wieħed diċenti fejn il-pulizija jinvestigaw lill-kriminali.

Il-Gvern ma jridx jitgħallem mill-kalvarju li għadda lill-korp tal-pulizija fl-aħħar seba’ snin fejn kien hemm seba’ kummissarji tal-pulizija u fejn is-saltna tad-dirtt kkrollat.

Fenech Adami appella biex il-parlament jibgħat messaġġ li tgħallem u li se jagħmel l-affarijiet tiegħu sew. L-Oppożizzjoni bgħatet messaġġ u qablet ma’ Prim Imħallef li hu aċċettat minn kulħadd.

Hu kompla li l-Gvern ħareġ sejħa għal Kummissrju tal-Pulizjja u staqsa kif se jinġieb Kummissarju bil-probation ta’ sena; li jfisser li għal sena dan se jkun inkwetat li l-Gvern jista’ jneħħieh wara sena.

Dan mhux aċċettabbli, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li bil-liġi hu l-Prim Ministru li jappunta u jneħħi lill-Kummissarju tal-Pulizija. Jekk il-Kummissarju jgħaddi mill-probation hu jkun maħtur għal erba’ snin. Jeħtieġ sistema li fuqha jkun hemm qbil minn kulħadd, appella Beppe Fenech Adami, li sostna li l-parlament għandu jibgħat messaġġ li kapaċi tinstab soluzzjoni.