Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-mod kif il-Gvern se jaħtar il-Kummissarju tal-Pulizija hu wieħed illegali fejn il-Kummissarju tal-Pulizija se jinġieb pupu tal-Prim Ministru.
Fil-parlament Karol Aquilina qal li l-Oppożizzjoni taqbel li l-Kummissarju tal-Pulizija jkun imparzjali u li jwettaq ir-rwol tiegħu bl-aħjar mod possibbli. Hu spega l-proċess li qed jipproponi l-Gvern biex jinħatar Kummissarju tal-Pulizija fejn se jkun il-Prim Ministru li jagħżel lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Il-proċess il-ġdid sar għaliex kien hemm ċirkostanzi li poġġew lill-Korp tal-Pulizija fl-agħar kriżi fil-korp. Hu ta’ għajb li l-Gvern m’aċċettax il-proposta tal-Oppożizzjoni għaliex il-Gvern irid jibqa’ jaħtar lil min irid hu bħala Kummissarju tal-Pulizija.
Karol Aquilina qal li l-Kummissjoni Venezja qalet li l-Prim Ministru fħandu wisq poteri li jiddependu minnu fil-pajjiż fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kummissjoni Venezja appellat biex il-Gvern ma jindaħalx fl-operat tal-Korp tal-Pulizija.
Karol Aquilina qal li s-sjeħa għal Kummissarju tal-Pulizija ġdid turi kemm Robert Abela hu eżatt bħall-Gvern ta’ Joseph Muscat u ma jemminx fil-goveranza tajba; anzi jemmen li għandu jagħmel il-ħażin biex jibqa’ fil-Gvern. Fis-sejħa pubblika, l-Kummissarju se jinħatar b’sena probation u għal erba’ snin biss.
Dan il-punt ma kienx issemma’ meta kien hemm id-diskussjonijiet dwar il-liġi. X’jiġri jekk jinħatar Kummissarju tal-Pulizija li jnvestiga u jarresta lil Joseph Muscat, lil Keith Schembri jew lil Konrad Mizzi? X’jiġri jekk il-Kummissrju l-ġdid jibda jinvestiga l-ftehim korrott fuq l-isptarjiet? Il-Prim Ministru jista’ jneħħi lill-Kummissarju tal-Pulizija, sostna Karol Aquilina, li staqsa x’se jiġri fl-aħħar tal-erba’ snin tal-ħatra tal-Kummissarju. Dan ifisser li l-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid ma jistax iwettaq l-investigazzjonijiet li jrid għax jista’ jitneħħa.
Din hi sejħa pubblika intenzjonata biss biex timmanipula lil min se jkun Kummissarju tal-Pulizija. Din il-liġi se tpoġġi lill-Kummissarju l-ġdid qisu pupu għax jista’ jitneħħa bla raġuni. Dawn il-kundizzjonijiet huma illegali u ma setgħux isiru iżda l-Prim Ministru jrid jibqa’ jikkontrolla hu min ikun Kummissarju tal-Pulizija.
Hu qal li l-entitajiet kollha involuti fil-ħatra tal-Kummissarju huma magħżula mill-Prim Ministru; il-proċess hu kollu maħkum mill-Prim Ministru u mhu se jbiddel xejn. Il-liġi ma tgħidx xejn dwar il-perjodu ta’ ħames snin anzi kienet saret emenda li l-Kummissarju jinħatar għal żmien definit. Issa l-Prim Ministru jrid jikkontrolla lill-Kummissarju tal-Pulizija; il-perjodu ta’ erba’ nsin u s-sena probation huma imposti mill-Gvern.
L-iskop tal-Gvern hu konroll assolut għax għandu ossessjoni fuq il-Kummissarju tal-Pulizija; il-poplu tqażżeż jara kummissarji tal-pulizija bla sinsla. Il-Gvern mhux jirrealizza l-gravità tas-sitwazzjoni fil-governanza tajba.
Hu semma’ l-qtil ta’ Daphne Crauana Galizia u qal li kulħadd jemmen li dan il-qtil seħħ għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija żamm mal-kriminali. Il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galzia tpoġġa fuq l-għatba ta’ Kastilja; x’irid isir iktar biex il-gvern jinduna bil-gravità tas-sitwazzjoni? Minkejja dan, il-Gvern qed jimmanipula s-sitwazzjoni kollha u ma jridx jagħmel l-affarijiet tajba.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex tinstab soluzzjoni u tinstab persuna mill-korp jew minn barra li jgawdu l-fiduċja u r-rispett li jmexxu l-Korp tal-Pulizija b’mod integru u ma jkunx pupu tal-Gvern.
//= $special ?>