Statistika maħruġa mill-NSO tgħid li vetturi li jaħdmu bl-elettriku u dawk hybrid ammontaw jammontaw biss għal 1.2% tal-istokk kollu. Dan ifisser li għad baqa’ biex wieħed jilħaq persentaġġi ta’ pajjiżi oħra bħal l-Iżlanda (15 %), Svezja (8.4 %) u l-Olanda (6.8 %).
Sadanittant fl-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena n-numru ta’ vetturi liċenzjati naqas b’117. B’kollox in-numru kien ta’ 397, 391. Minn dawn 77.1% kienu karozzi tal-passiġġieri u 8% kienu muturi. Dan ifisser li fl-ewwel kwart tal-2020 in-numru naqas b’medja ta’ vettura waħda kuljum meta mqabbel mas-sena l-oħra.
Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ingħad li l-maġġoranza tagħhom kienu karozzi tal-passiġġieri. Ħareġ ukoll li fl-istess perjodu kien hemm 8,670 vettura li tneħħew mit-toroq minħabba xi tip ta’ restrizzjoni. Minn dawn 46.8% tpoġġew f’garaxx.
L-istatistika tgħid ukoll li meta wieħed irid jieħu kollox f’kuntest fejn l-analiżi sar wkoll fid-dawl tal-impatt tal-coronavirus. Ingħad ukoll li sal-aħħar ta’ Marzu tal-2020, 59.5% tal-vetturi kellhom magni tal-petrol u 38.9% kellhom magni tad-diesel.
//= $special ?>